Tifel ta' ħames snin fil-periklu tal-mewt ... tarbija, tifla u żewġ nisa jweġġgħu

Dan kawża ta' inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija fil-Mosta

Tifel ta’ ħames snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Ta’ Żejfa fil-Mosta.

Fl-istess inċident, weġġgħu wkoll żewġ nisa ta’ 34 u 31 sena, tifla ta’ 4 xhur u tifla ta’ sena.

Iż-żewġ nisa, t-tarbija u t-tifla qed isofru minn ġrieħi ħfief.

L-inċident seħħ meta kien hemm ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 33 sena u vettura misjuqa mill-mara ta’ 31 sena.

Fil-vettura misjuqa mir-raġel kien hemm passiġġieri l-mara ta’ 34 sena u t-tarbija ta’ 4 xhur, filwaqt li fil-vettura l-oħra kien hemm passiġġiera t-tifel ta’ ħames snin u t-tifla ta’ sena.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata. 

More in Politika