Aġġornata | Petizzjoni oħra lill-PN ... mijiet juru appoġġ lil Delia

Titressaq petizzjoni oħra, din id-darba ta' appoġġ għal Adrian Delia u li kienet iffirmata minn mijiet ta' nies

Il-Kap tal-PN Adrian Delia
Il-Kap tal-PN Adrian Delia

Il-Partit Nazzjonalista se jkollu quddiemu petizzjoni oħra, din id-darba waħda li qed tinkoraġġixxi biex ma jsirx Kunsill Ġenerali u li qed tappoġġja lit-tmexxija tal-PN, inkluż lil Adrian Delia.

Il-petizzjoni kellha l-firma ta' 5,000 persuna, fosthom ftit iktar minn 500 Kunsillier.

Il-petizzjoni biex jitlaqqa' l-Kunsill Ġenerali, minn naħa l-oħra, kienet iffirmata minn 172, minħabba li 28 oħrajn lanqas biss kienu Kunsilliera. Dan is-sit żvela kif l-eks Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake u ħu Chris Said, kienu tnejn minn dawk li ffirmaw biex it-tmexxija ta' Delia tmur għall-vot.

More in Politika