Aġġornata | Is-Soċjalisti jirbħu l-Presidenza tal-Parlament Ewropew

David-Maria Sassoli huwa l-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew

David-Maria Sassoli
David-Maria Sassoli

Is-Soċjalisti rebħu l-Presidenza tal-Parlament Ewropew hekk kif il-kandidat David-Maria Sassoli, Taljan, ġab il-maġġoranza tal-voti.

B'kollox, ivvutaw 704 Membru tal-Parlament Ewropew, mill-voti mitfugħa 667 kienu validi u l-kwota kienet dik ta' 334 vot.

Wara li l-ewwel votazzjoni ma tat l-ebda riżulatati, Sassoli kiseb 345 vot wara t-tieni rawnd ta' votazzjoni.

Minnufih, Antonio Tajani ċeda postu lil David-Maria Sassoli li ħa f'idu l-Presidenza ta' din l-istituzzjoni importanti tal-Unjoni Ewropea għas-sentejn li ġejjin.

Apparti Sassoli, ikkontestaw ukoll Ska Keller għall-Ħodor, Sira Rego tax-Xellug u Jan Zahradil għall-Konservattivi.

Intant, ilbieraħ, il-Mexxejja Ewropej għażlu lill-Ġermaniża Ursula Von Der Leyen biex tmexxi il-Kummissjoni Ewropea għat-terminu li jmiss u tieħu post Jean Claude Juncker.

Apparti minn hekk, Charles Michel inħatar President tal-Kunsill Ewropew, liema kariga kien imsemmi għaliha wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat.

More in Politika