Egrant | Delia jrid lill-Ministri Scicluna, Cardona u Mizzi biex jitilgħu jixhdu fil-Qorti

Dan wara li allegatament, it-tliet ministri kkwotaw minn partijiet mhux ippubblikati tar-rapport Egrant

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mistenni jitlob lill-Qorti Kostituzzjonali biex tordna lill-Ministri Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi biex jixhdu fl-appell li hu kien fetaħ biex jingħata kopja tar-rapport tal-inkjesta Egrant.

Dan wara li f’każ separat, miftuħ mill-attivisti ta’ Repubblika, il-Ministri Scicluna, Cardona u Mizzi, allegatament ikkwotaw minn partijiet mhux ippubblikati ta’ dan ir-rapport meta kienu qed jixhdu fil-Qorti.

Delia qed jisħaq li dan huwa każ ta’ “diskriminazzjoni totali” kontrih bħala Kap tal-Oppożizzjoni u kontra l-poplu kollu.

Permezz tal-Avukati Vince Galea u Andre Portell, Delia qed jisħaq li wara li sar magħruf li l-Avukat Ġenerali bagħat kopja tar-rapport lill-Prim Ministru, lill-Ministru għall-Ġustizzja, lill-Kap tal-Kommunikazzjoni tal-Gvern u lill-Avukat Pawlu Lia, issa sar magħruf li tliet ministrin oħra għandhom informazzjoni minn dan l-istess rapport.

Il-Qorti mistennija tisma’ l-argumenti dwar din il-kwistjoni fil-15 ta’ Lulju.

More in Politika