Skont Putin il-liberaliżmu 'spiċċa żmienu'

Minn naħa l-oħra l-mexxej Russu ifaħħar il-qawmien tal-populiżmu fl-Ewropa

Vladimir Putin
Vladimir Putin

Vladimir Putin sostna li l-liberaliżmu "żmienu għadda". Huwa qal dan f'intervista mal-Financial Times qabel ma telaq għas-Summit G20. Mhux hekk biss, Putin faħħar il-qawmien tal-populiżmu fl-Ewropa u l-Amerika u qal li ideat bħal 'multikulturaliżmu' spiċċaw żmienhom. 

"Il-liberali ma jistgħu joqgħodu jiddettaw lil ħadd iktar," sostna hekk kif kompla jinsisti li l-liberaliżmu jinsab f'kunflitt mal-interessi tal-maġġoranza tal-popolazzjoni. Hawnhekk huwa kritika lill-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u dawwar ħarstu fuq l-immigrazzjoni. 

"Din l-idea liberali temmen li xejn m'għandu bżonn isir. Li immigranti jistgħu joqtlu u jistupraw b'impunità," sostna Putin. 

More in Politika