'Grupp żgħir ta' Deputati jemmnu li għandhom dritt sagrosant li jmexxu l-PN'

Mario Galea joħroġ għonqu għal Adrian Delia u jgħid li hemm Deputati li għaddejin b'kampanja “sistematika u organizzata” kontra Delia

Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea saħaq li fil-Partit Nazzjonalista teżisti kampanja “sistematika u organizzata” minn ċertu Deputati biex timmina l-ħidma tal-Kap Adrian Delia.

F’kummenti mal-MaltaToday, Galea saħaq li hemm grupp żgħir ta’ Deputati li “jemmnu li għandhom xi dritt sagrostant  li jmexxu l-Partit Nazzjonalista.”

Galea saħaq li Adrian Delia għandu l-appoġġ kollu tiegħu waqt li fakkar li huwa ġie elett b’mod demokratiku mit-tesserati.

Waqt li fakkar li Delia kull ma ilu sena u nofs imexxi l-Partit Nazzjonalista, insista li għandu jitħalla u jingħata ċ-ċans biex jaħdem.

“Jafu li qed ikissru l-Partit u nispera li l-istorja tagħmel ġustizzja magħhom,” saħaq Galea.

More in Politika