Patoloġista tispjega l-ġrieħi orribbli li kellhom il-vittmi

Kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-omiċidju doppju li kien seħħ f'Ħal Għaxaq f'Marzu li għadda

Fil-Qorti, patoloġista tal-forensika tat stampa pjuttost ċara ħafna tal-feriti “orribbli” fuq il-vittmi tal-omiċidju doppju li seħħ f’Ħal Għaxaq f’Marzu li għadda.

Iben Maria Lourdes u ħu Angele Bonnici qed ikun akkużat bil-qtil tagħhom, li għamel rapport falz lill-Pulizija, li pprova jaħbi l-evidenza, li ħeba l-iġsma, li ħadem arma tan-nar u munizjon mingħajr liċenzja u diversi akkużi oħra.

Huwa qed iwieġeb mhux ħati.

Il-patoloġista Marie Therese Camilleri Podesta xehdet dalgħodu quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.

Hija spjegat kif il-vittmi kellhom tiri f’rashom u anke daqqiet ta’ xi ħaġa iebsa.

Mistoqsija fejn ingħatat id-daqqa, Camilleri qalet li ma setgħetx tgħid b’ċertezza għax “l-irjus kienu mifqugħa.”

Il-każ ikompli fid-29 ta’ Lulju.

More in Politika