Maurice Mizzi jirriżenja wara li qajjem furur bil-kummenti razzisti

Il-Ministru għall-Ambjent jaċċetta r-riżenja ta' Maurice Mizzi 

Maurice Mizzi
Maurice Mizzi

Fi stqarrija l-Ministeri għall-Ambjent qal li aċċetta r-riżenja ta' Maurice Mizzi mill-pożizzjoni tiegħu bħala Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri.

Fil-ġimgħat li għaddew, Mizzi spiċċa f'nofs kontroversja wara li għamel kummenti razzisti li kienu irrapportati fil-midja.

Fl-istess stqarrija il-Ministru irringrazzja u faħħar lil Mizzi li nħatar bħala Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri sentejn ilu.

More in Politika