Il-Qorti tal-Appell tħassar l-estradizzjoni ta' raġel b'rabtiet mal-Mafja lejn l-Italja

Ir-raġel kien arrestat f'Mejju li għadda u inizjalment kien se jkun estradit lejn l-Italja

Illum il-Qorti tal-Appell Kriminali ħassret il-mandat ta’ estradizzjoni fil-konfront ta’ raġel Sqalli suspettat li għandurabtiet mal-Mafja.

F’Mejju li għadda il-Qorti tal-Maġistrati kienet iddeċidiet li raġel Sqalli ssuspettat li għandu rabtiet mal-Mafja se jkun estradit lejn l-Italja biex jiffaċċja akkużi dwar il-kriminalità organizzata.

Ir-raġel, segretarju ta’ kumpanija Maltija tal-gaming, kien arrestat f’Mejju wara li nħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew kontrih.

Iżda illum fid-deċiżjoni tagħha, l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera biddlet id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati minħabba l-fatt li skonta l-Awtoritajiet Taljani kienu għadhom ma lestewx l-investigazzjoni fil-konfront tar-raġel. Hi qalet li dan ma kienx ifisser li l-biex individwu jiġi estradit hemm bżonn li jkun hemm każ tal-Qorti għaddej, iżda nnotat kif ir-raġel kien qiegħed jiġi mfittex għall-investigazzjoni u mhux prosekuzzjoni. Għalhekk il-Qorti qalet li dan ma setgħax jiġi trattat bħala akkużat.

Fid-dawl ta’ dan kollu, l-mandat ta’ estradizzjoni ġie mħassar u l-Qorti ordnat li r-raġel jinħeles mill-arrest b'mod immedjat.

L-avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi, Stephen Tonna Lowell u Mario Mifsud dehru għall-akkużat.

Filwaqt li l-ispetturi Mark Galea u Robinson Mifsud mexxew il-prosekuzzjoni. L-avukati Matthew Xuereb u Charles Mercieca dehru għall-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali.

More in Politika