Is-Sindku tal-Belt Valletta jsellem lil Sindku Taljan li salva diversi persuni minn splużjoni

Is-Sindku ta' Rocco di Papa spiċċa biex ġarrab ħruq kbir f'ġismu hekk kif inqabad f'nofs splużjoni biex isalva lil ħaddieħor

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit bagħat ittra biex isellem lis-Sindku ta’ Rocco di Papa, Emanuele Crestini, li aktar kmieni din il-ġimgħa kien involut fi splużjoni f’ċentru ċiviku.

Skont midja Taljana, meta nduna bir-riħa qawwija ta’ gass li bdiet ħierġa miċ-ċentru, is-Sindku għamel minn kollox biex ħareġ lil kulħadd, inkluż lit-tfal, ‘il barra mill-binja.

Minkejja li salva lil kulħadd, is-Sindku nqabad ġewwa meta l-binja splodiet. Huwa sofra f’35% ħruq ta’ ġismu.

Xi tfal u persuni weġġgħu wkoll minħabba ħġieħ li tar mal-isplużjoni.

Kien dan li wassal lil Zammit biex jibgħat ittra lis-Sindakat ta’ dan il-villaġġ żgħir viċin Ruma waqt li awgura fejqan ta’ malajr kemm lis-Sindku u anke lil dawk kollha li weġġgħu fl-isplużjoni.

More in Politika