'Il-Banek mhumiex qed jimxu bl-istess pass tal-Gvern fis-settur finanzjarju' - Muscat

Il-Prim Ministru kien qiegħed jitkellem waqt il-konferenza annwali ta' Finance Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat
Il-Prim Ministru Joseph Muscat

Waqt li kien qiegħed jitkellem fil-konferenza annwali ta’ Finance Malta, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li lokalment il-banek mhumiex qiegħdin jimxu bl-istess pass tal-gvern. Il-Prim Ministru saħaq li l-instutizzjonijiet bankarji rridu jiġu żviluppati aktar u jlaħħqu mal-aspettativi tal-Gvern f'dan ir-rigward.

“It-teknoloġija saret punt importanti għas-settur finanzjarju. Ġejja mewġa ġdida ta’ innovazzjoni għal din l-industrija. It-teknoloġija se tbiddel il-mod kif nagħmlu n-negozju,” qal Muscat.

Fid-diskors tiegħu, Muscat għamel referenza lejn il-ħidma tal-Gvern fis-settur tal-FinTech. Skontu, Malta għandna diversi vantaġġi f’dan ir-rigward fosthom, settur tat-teknoloġija eċċellenti, u qafas regolatorju robust.

Fl-istess waqt huwa, stqarr li l-instutizzjonijiet edukattivi għandhom bżonn jiġu żviluppati aktar sabiex ilaħħqu ma’ dawn l-aħħar andamenti dinjin.. “Irridu niżviluppaw it-talent lokali billi ntejjbu l-istutizzjonijiet edukattivi. Irridu nħarsu wkoll lejn il-bqija tal-Ewropa sabiex nattiraw l-aqwa talent f’Malta u b’hekk nkunu nistgħu nikkompetu internazzjonalment.

Hawnhekk Muscat qal li r-rwol tal-Gvern huwa li jiffaċilita dan il-proċess.

“Dan ma jfissirx li nillaxkaw is-sistemi. Dan ifisser li rridu nsaħħu l-qafas regolatorju u l-regolatur finanzjarju tal-pajjiż. L-MFSA qiegħda tħares sabiex toħloq żona Sigura għall-Fintech," temm jgħid Muscat.

More in Politika