Jallega li saru profili foloz biex jiġu attakkati persuni li ma jaqblux mat-tmexxija tal-PN

Norman Vella qal li dawn il-fake profiles huma orkestrati mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Il-ġurnalist u l-eks kandidat Nazzjonalista Norman Vella allegga l-użu ta’ fake profiles, orkestrati mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista li kienu jew għadhom qed jintużaw biex jiġu mgħajra u mhedda Deputati, uffiċjali u attivisti li ma jaqblux mat-tmexxija tal-partit.

Vella kiteb dan fuq Facebook biex jiddisassoċja ruħu minn kitbiet aggressivi fuq il-midja soċjali fil-konfront ta’ Jean Pierre Debono u oħrajn qrib tiegħu.

“Dan l-appell qed nagħmlu b’rispett lejn il-persuna, lejn il-familja tiegħu, il-ħbieb tiegħu, in-nies fil-partit li għandhom fiduċja fih u n-nies li vvotawlu fl-aħħar elezzjoni ġenerali,” kiteb Vella.  “Qed nagħmel din l-istqarrija anke għaliex irrid inkun konsistenti miegħi innifsi.
Tul dawn l-aħħar sentejn jien stennejt minn ħaddieħor li jiddisassoċja ruħu minn ċertu diskorsi u kitbiet mimlijin tgħajjir, insulti u theddid.”

Kien hawn li allega l-użu ta’ fake profiles biex permezz tagħhom jiġu attakkati persuni li ma jaqblux mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

“Lil dawn ma rridx illum inpattihielhom. Irrid nurihom - bl-eżempju mhux bil-paroli - kif għandhom isiru l-affarijiet. Dan it-tip ta’ diskors m’għandux ikollu post fil-politika u għandu jiġi kkundannat isir minn min isir u jsir fil-konfront ta’ min isir,” kiteb Vella.

More in Politika