Ramliet akbar f'Birżebbuġa, Marsaxlokk u Balluta das-sajf

Kien iċċarat mill-Ministru Konrad Mizzi li fuq dawn il-bajjiet mhux ser jitħallew operaturi privati ta’ deckchairs u kiosks

Il-Ministru Konrad Mizzi f'Birżebbuġa
Il-Ministru Konrad Mizzi f'Birżebbuġa

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi llum ħabbar xogħolijiet li ser ikunu qiegħdin isiru fil-ġranet li ġejjin fi tlett bajjiet f’Malta.

Il-bajjiet, li ser isir xogħol ta’ sand renourishment fihom għal dan is-sajf huma l-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa, l-bajja ta’ Għar aħmar f’Marsaxlokk, u l-Bajja tal-Balluta f’tas-Sliema. Fil-każ tal-bajja tal-Balluta, ix-xogħol fuq din il-Bajja ser ikun qiegħed jiġi ffinanzjat mill-privat hekk kif lukanda prominenti fil-viċinanzi qablet li tagħmel dan ix-xogħol mingħajr ebda spejjeż għall-istat għalħames snin. Fuq il-bajjiet l-oħra, il-Gvern ser ikun qiegħed jinvesti total ta’ madwar €150,000. Ġie iċċarat li fuq dawn il-bajjiet mhux ser jitħallew operaturi privati ta’ deckchairs u kiosks. “Ser isiru tlett bajjiet permezz ta' ramel naturali mill-istess bajjiet, b'metodi bl-inqas impatt ambjentali possibli. L-għan aħħari ta' dan l-investiment ħolistiku huwa sabiex noffru aktar bajjiet ghat-turisti u l-Maltin u Ghawdxin fin-naha t'isfel ta' Malta, kif ukoll fil-post bejn Tas-Sliema u San Ġiljan li huwa mekka tat-turiżmu u li tant hemm domanda għal bajjiet simili," sostna Mizzi 

"Dawn huma mizuri li jkomplu jsahhu s-sostenibiltà tat-turiżmu f'pajjżna,” sostna l-Ministru Konrad Mizzi. Huwa rringrazzja lill-istakeholders kollha involuti, fosthom l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi, u l-investituri privati li ser jagħmlu dan ix-xogħol fuq din il-bajja mingħajr ebda spejjeż għall-Gvern

More in Politika