Malta tibqa' mal-pajjiżi fl-UE bl-inqas rata ta' qgħad

B'3.5% Malta hija fost il-ħames pajjiżi bl-inqas rata ta' qgħad fl-Unjoni Ewropea

Malta baqgħet mal-pajjiżi bl-inqas rata ta' qgħad fl-Unjoni Ewropea, hekk kif ħarġet l-istatistika tal-Eurostat għal April 2019. L-inqas rata ta' qgħad kienet irreġistrata fir-Repubblika Ċeka b'2.1%, it-tieni l-inqas fil-Ġermanja b'3.2%, it-tielet l-inqas fl-Olanda b'3.3%, l-Ungerija 3.4% , imbagħad Malta b'3.5%. 

L-ogħla rata ta' qgħad kienet irreġistrata fil-Greċja b'18.5%, Spanja b'13.8% u l-Italja b'10.2%.

Ikkumparat mal-istess xahar is-sena l-oħra il-qgħad naqas fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea ħlief il-Lussemburgu u l-Polonja, fejn baqa' stabbli u żdied fid-Danimarka b'0.1%. 

More in Politika