Tiħrax il-gwerra fil-PN ... Issa anke fergħa qed titlob li tinġarr responsabilità

Mumenti wara li Delia jgħid li għandu ċertezza li Jean Pierre Debono m'għamel xejn ħażin, il-Forum tal-Professjonisti tal-PN jagħmel iktar pressjoni ...

Jean Pierre Debono ma' martu Kristy Debono, President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN
Jean Pierre Debono ma' martu Kristy Debono, President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN

Il-Forum tal-Professjonijisti tal-Partit Nazzjonalista kompla jaħmel pressjoni fuq Jean Pierre Debono illi qed ikun akkużat illi ffroda r-riżultat ta' elezzjoni illi permezz tagħha hu kien co-opted fil-Parlament. 

"Qed nesiġu li titntrefa' r-responsabilità għal dawk kollha li qed jirrifjutaw illi jaraw r-riżultat elettotali bħala wieħed dannuż. Qed nesiġu li tintrefa' r-responsabilità politika u tittieħed azzjoni kontra dawk li, b'xi mod, ikkkontribwixxew għal atti ta' frodi."

"Dawk li għanhom pożizzjoni statutorja għandhom dover ... mhux biss lejn il-partit imma lejn eluf ta' nies li jaraw lill-PN bħala l-aħħar bastjun ta' tama."

Il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qed jinsisti li għandu ċertezza illi Debono ma kienx imdaħħal fil-proċess tal-votazzjoni

 

More in Politika