Il-Belt Valletta maħsuda bil-mewt tal-Kanonku Ciarlò

Dun Ġwann serva għal snin twal bħala editur tal-Leħen is-Sewwa

Il-Beltin dalgħodu qamu maħsuda bl-aħbar tal-mewt tal-Kanonku Dun Ġwann Ciarlò li għal snin twal serva bħala editur tal-Leħen is-Sewwa.

Dun Ġwann jibqa' magħruf ukoll għas-servizz tiegħu lill-komunità Beltija, partikolarment fil-parroċċa ta' San Pawl Nawfragu.

Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Dun Ġwann fi Frar li għadda meta ppubblikat suppliment speċjali dwar il-festa ta' San Pawl.

L-aħħar tislima lill-Kanonku Ciarlò se ssir nhar is-Sibt li ġej, fis-2pm, fil-Kolleġġjata ta' San Pawl fil-Belt Valletta.

More in Politika