Elezzjoni Kunsilli | Il-PL jagħmel l-istorja u jirbaħ il-Kapitali Valletta

Minkejja taqtiegħa ħarxa bejn iż-żewġ partiti għall-Belt Kapitali, il-Partit Laburista jispiċċa rebbieħ

Minkejja li l-Belt Valletta dejjem kienet meqjusa bħala lokalità Nazzjonalista, Il-Partit Laburista rebaħ il-maġġoranza f'din il-lokalità, rebħa konsidrevoli għall-partit fil-Gvern. 

Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li ħabbar li l-Partit Laburista għamel l-istorja hekk kif rebaħ il-maġġoranza fil-kapitali. 

Il-preżentatur popolari Alfred Zammit se jkun l-ewwel Sindku Laburista tal-Belt Valletta. 

B'kollox il-Partit Laburista kiseb 1,884 vot (53%), filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 1,632 vot (46%). Kandidat f'isem il-Partit Demokratiku kiseb 37 vot.

"Qisna erbaħna l-Elezzjoni Ġenerali," bdew jgħidu l-aġenti tal-Partit Laburista malli sar magħruf li l-Belt Valletta għaddiet f'idejn tmexxija Laburista. 

L-aħħar elezzjoni fil-Belt Valletta ntrebħet bl-eżatt mill-PN

L-aħħar elezzjoni lokali fil-Belt Valletta saret fl-2013, fejn il-Partit Nazzjonalista rebaħha b'distakk ta' 150 vot biss.

Għal din il-lokalità, iż-żewġ partiti ressqu diversi kandidati li huma popolari man-nies, fosthom Christian Micallef, Mark Spiteri Lucas u Vince Fabri għall-Partit Nazzjonalista u Alfred Zammit għall-Partit Laburista. 

Intant, din is-sena, jidher li ħafna Beltin għażlu li ma jivvutawx għall-Kunsill Lokali, bit-turnout ikun 19.5% inqas minn dak tal-aħħar elezzjoni lokali fl-2013.

More in Politika