'Il-votanti taw ir-risposta tagħhom dwar Metsola u Casa għax reġgħu eleġġewhom'

Delia jgħid illi bil-vot tiegħu l-poplu ta risposta dwar Roberta Metsola u David Casa, 

Adrian Delia jirreaġixxi għat-telfa fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew
Adrian Delia jirreaġixxi għat-telfa fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Għall-mistoqsija ta' dan is-sit il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sostna illi l-poplu ta risposta lil Joseph Muscat dwar Roberta Metsola u David Casa 'għax reġgħu eleġġewhom.' Kien dan is-sit li żvela kif Roberta Metsola u David Casa jinsabu fuq quddiem fit-tiġrija għall-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti. Fil-fatt jidher illi Metsola u Casa se jkunu l-uniċi żewġ MEPs eletti f'isem il-Partit Nazzjonalista. 

Għal bosta drabi waqt din il-kampanja elettorali u anke qabel il-Partit Laburista akkuża lil dawn iż-żewġ MEPs illi qed jittradixxu lil pajjiżna u li pprovaw jinvokaw Artiklu 7, li kien ikun ifisser illi pajjiżna jitlef ħafna drittijiet. 

 

 

More in Politika