'Din kienet ir-risposta għall-aġir tal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti' - Fearne

Skont l-ewwel indikazzjonijiet id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista huwa ta' 19%

F'kummenti li ta lil dan is-sit propju ftit mumenti wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni, il-Ministru tas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li dan kien ġudizzju ċar mill-poplu Malti għax-xogħol tal-gvern dawn l-aħħar sitt snin. "Il-poplu qabbel l-aħħar sitt snin ta' Gvern Laburista ma' dawk is-snin ta' Lawrence Gonzi. Jidher li l-poplu qiegħed japprova d-direzzjoni tal-Gvern li jinħoloq il-ġid u jitqassam il-ġid. Apparti dan il-ġudizzju dan kien ukoll risposta ċara għall-mod kif aġġixxew l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti f'Brussell," sostna il-Ministru Fearne.

Skont l-ewwel l-indikazzjonijiet li għandu l-Partit Laburista d-distakk huwa dak ta' madwar 19%, jiġifieri madwar l-45,000.

F'kummenti separati l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li huwa sodisfazzjon kbir għalih li f'mid term election il-PL irnexxilu jżid il-maġġoranza. "Għamilna bidliet kbar, indirizzajna ħafna problemi allura l-poplu jrid aktar bidla u aħna l-Partit tal-bidla. Fiż-żmien li ġej se nkunu qiegħedin nagħmlu diversi bidliet fosthom pensjonijiet aħjar, xogħol aħjar u aktar open spaces," saħaq Mizzi.

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield
Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield

Din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield li minn naħa tiegħu iddeskriva  din ir-rebħa bħala, 'ir-risposta għan-negattivita tal-Partit Nazzjonalista, u risposta għan-nuqqas tal-PN biex matul din il-kampanja jippreżenta pjan." Skontu l-poplu Malti qiegħed jagħżel li jafda dak il-Partit li qiegħed jiggverna u li qiegħed joħloq futur għall-kulħadd.

Żied jgħid li d-differenza bejn Joseph Muscat u Adrian Delia hija ċara. "Il-Prim Ministru għandu viżjoni ċara."

 

More in Politika