'Jiena ma ngergirx' - Robert Arrigo dwar ir-riżultat

Arrigo jgħid mas-sit illum.com.mt li l-Partit Nazzjonalista għadu ma qatax qalbu mit-tielet siġġu

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal mas-sit illum.com.mt li l-Partit Nazzjonalista għad ma għandux in-numri li qed jgħid li għandu l-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fil-fatt, ma' dan is-sit, Arrigo saħaq li mill-kampjuni li għandu sa issa l-Partit Nazzjonalista, id-distakk huwa ta' madwar l-40,000 vot.

Huwa saħaq li jekk id-distakk ikun ta' 40,000 vot, huwa ma jgergirx, anke għax fi kliemu, f'dawn l-aħħar xhur, it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista "kellha ħafna ktajjen ma' saqajha."

Mistoqsi jekk hux minnu li l-Partit Laburista rebaħ ir-raba' siġġu, Arrigo qal lil dan is-sit, li jidher li l-Prim Ministru għandu aktar informazzjoni minnhom.

Fil-fatt qal li l-Partit Nazzjonalista għadu ma qatax qalbu li jżomm it-tielet siġġu. 

Fakkar ukoll li d-distakk huwa inqas minn dak li kienu qed ibassru s-sondaġġi.

More in Politika