'Il-qtil ta' Lassana kien attakk terroristiku ... grazzi lill-Pulizija li ħadu l-każ b'serjetà kbira'

Andrè Callus mill-Moviment Graffitti jgħid illi l-qtil ta' Lassana Cisse Souleyman huwa 'l-agħar ħaġa li qatt ġrat f'Malta' 

Andrè Callus
Andrè Callus

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-aħħar żviluppi fil-każ tal-arrest ta' żewġ persuni akkużati bil-qtil ta' immigrant, Andrè Callus mill-Moviment Graffitti fakkar lil dan is-sit illi dan il-qtil ma kien xejn jekk mhux attakk terroristiku u l-aktar ħaġa gravi li qatt ġrat f'Malta. Callus irringrazzja lill-Pulizija għax-xogħol tagħhom u esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li dan il-każ ittieħed b'serjetà kbira. 

Huwa qal illi issa għandha ssir investigazzjoni profonda għax dan "mhux każ iżolat. Anke jekk huwa l-aktar gravi. Żgur mhux każ iżolat. Hemm bżonn li tittieħed azzjoni mill-ogħla istituzzjonijiet u anke mill-Forzi Armati stess." 

Waqt li fakkar fil-ħidma sfieqa tal-Forzi Armati, sostna illi hemm bżonn li tittieħed azzjoni kontra min jesprimi sentiment ta' mibgħeda kontra persuni oħrajn, fuq bażi razzjali. Hu jfakkar fil-mewt ta' żewġ immigranti oħrajn fl-aħħar snin, liema każijiet għadha ma seħħitx ġustizzja dwarhom.

More in Politika