Żewġ suldati arrestati fuq il-qtil ta' immigrant Afrikan ... mistennija jitressqu l-Qorti

Jidher issa, iktar minn qatt qabel, li dan kien qtil immotivat minn mibgħeda razzjali, l-ewwel tat-tip tiegħu f'pajjiżna f' dawn l-aħħar snin

Lassana Cisse Souleyman, inqatel kiesaħ u biered
Lassana Cisse Souleyman, inqatel kiesaħ u biered

Il-pajjiż għandu fuq idejh l-ewwel qtil razzista fl-aħħar snin u dan hekk kif suldat tal-Forzi Armati kien arrestat fl-aħħar sigħat u akkużat bil-qtil tal-immigrant Lassana Cisse Souleyman, f'Ħal Far nhar is-6 ta' April li għadda. L-ewwel suspettat ammetta ili kien parti mill-grupp ta' nies illi qatlu lil dan ir-raġel kiesaħ u biered, għalkemm sostna mal-Pulizija li ma kienx hu li sparalu. 

Jidher illi t-tfittxija biex tkun arrestata t-tieni persuna kienet suċċess. It-tieni akkużat huwa suldat tal-Forzi Armati wkoll. 

Jidher illi ma kien hemmx rabta bejn dawn l-akkużati u l-immigranti u allura kollox qed jindika li dan ir-raġel inqatel sempliċiment għaliex kien ta' karnaġġjon skur. 

Talb fil-post fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman | Ritratt ta' Karl Azzopardi
Talb fil-post fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman | Ritratt ta' Karl Azzopardi

Lassana kien miexi f'Birżebbuġa ma' żewġt irġiel oħra fi Triq tal-Ġebel fil-11:00 p.m dakinhar tal-qtil, meta nstemgħu tiri minn karozza, issuspettata li hi Toyota Starlet

Il-vittmi l-oħrajn huma raġel mill-Guinea u raġel ieħor ta' 28 sena mill-Gambja u dawn sofrew minn ġrieħi u nstabu ftit biss 'il bogħod minn Lassana.

Triq il-Ġebel hija trejqa li minn Birżebbuġa twassal għal Triq iż-Żurrieq, fl-istess lokalità u hija użata wkoll minn residenti taċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far, fejn kienu jgħixu dawn it-tlieta. 

Tfal jitfgħu l-fjuri fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman | Ritratt ta' Karl Azzopardi
Tfal jitfgħu l-fjuri fejn inqatel Lassana Cisse Souleyman | Ritratt ta' Karl Azzopardi

Wieħed minn dawk li baqgħu ħajjin sostna, f'intervista mal-ġurnal The Times, illi jiftakar kif il-bullet daħal minn ġenbejn u ħareġ minn oħra, qabel waqa' u ntilef minn sensieh. 

Iż-żewġ vittmi li baqgħu ħajjin kienu ġew mill-Italja u ma setgħux imorru lura f'impjieg fl-Italja stess biex iġeddu d-dokumenti tagħhom. 

More in Politika