Muscat jgħid li ħafna voti ma nġabrux għax illum hawn iktar nies f'impjieg

Joseph Muscat jgħid li fuq il-ħajja mhux pożi hemm bżonn imma Gvern li jaġġixxi

Meta ilejla kien qed jitkellem fiż-Żurrieq il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat sostna illi ħafna voti mhux qed jinġabru parzjalment minħabba li l-ekonomija kibret ħafna u llum hawn iktar persuni li qed jaħdmu u ma jkunux id-dar. 

"Il-ħajja mhux tippoża dwarha trid imma taġixxi biex tgħin lil min huwa fil-bżonn," sostna Muscat. "Il-ġid huwa mezz mhux għan, għax permezz tal-ġid irridu nkattru l-ġustizzja soċjali, biex ngħinu lil min għandu bżonn. Mhux għax nitħassruhom imma għax nemmnu li għandhom dirtt. Huwa unur li tgħidulna Soċjalisti," sostna Muscat li kompla jelenka xi tfisser li tkun soċjalist.

Huwa qal li tal-PN dejjem jgħid li tgħallem imma mabgħad "dejjem jaqgħu fil-każa ... u jekk se jibqgħu joffru l-istess riċetta, se jibqa' jkollu l-istess riżultat." 

'Hemm ħafna kukkudrilli li jittradixxu lil pajjiżna fid-Dar Ċentrali' - Edward Zammit Lewis

Meta kien qed jitkellem ilejla fiż-Żurrieq id-Deputat Laburista akkuża lin-Nazzjonalisti fid-Dar Ċentrali illi huma kukkudrilli. Dan għamlu meta kien qed jagħmel referenza għall-biki tal-kukkudrilli li Jason Azzopardi qal illi Muscat qed jibki dwar Egrant. "Il-kukkudrilli huma dawk li jittradixxu lil pajjiżna. Kukkudrilli huma dawk li moħħhom fil-vendetta personali. Fid-Dar Ċentrali hemm ħafna kukkudrilli. Misshom jistħu li għaddew lill-PM mill-istorja ta' Egrant." 

Zammit Lewis qal li Delia jeħtieġ iġorr responsabilità wkoll tal-episodju Egrantbħal Simon Busuttil, li akkużah b'arroganza.

Huwa appella lil kulħadd biex jivvota, speċjalment dawk li qed jilmentaw illi ntesew mill-partit. "Kulħadd jieħu li ħaqqu biss jekk Gvern Laburista jkun b'saħħtu," sostna Zammit Lewis. 

More in Politika