Ritratti | Ir-raba' vapur tal-Gozo Channel se jiżdied mal-flotta dalwaqt

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana żaret il-vapur li se jkun qed jissieħeb mal-flotta tal-Gozo Channel

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li fi ftit tal-jiem oħra l-kumpanija Gozo Channel se tkabbar il-flotta tagħha b’vapur ieħor b

Waqt żjara li għamlet fuq il-vapur li bħalissa għaddejin ix-xogħlijiet fuqu biex ikun jaqbel mal-bqija tal-flotta, il-Ministru Caruana spjegat li madwar  kienet hi stess li semmiet il-ħtieġa tar-raba’ vapur u dan għall-fatt li d-domanda tal-vapur kienet qed jtżdied minn ġimgħa għall-oħra.

"Kien għalhekk li b’mod immedjat skatta proċess mifrux fuq żewġ binarji. Bdew id-diskussjonijiet mal-awtoritajiet biex il-Gozo Channel ikun jista’ jżid vapur ieħor u t-tekniċi tal-kumpanija bdew ifittxu vapur li mhux biss jindirizza l-bżonnijiet imma li jkun adattat għall-portijiet tagħna," saħqet il-Ministru. "Il-mod ta’ kif ġew mibnija l-portijiet preżenti taw diversi sfidi għax huma adattati għall-vapuri tagħna biss.”

Il-Ministru Caruana qalet ukoll li biż-żieda ta’ dan il-vapur se jkun hemm tibdil ukoll fil-ħinijiet tal-iskeda tal-vapur biex b’hekk ikunu aktar frekwenti. Dan għaliex flok żewġ vapuri l-iskeda se tiġi operata bi tliet vapuri filwaqt li vapur ieħor se jkun iddedikat għal vetturi kummerċjali.

“Iż-żieda ta’ vapur ieħor se toffri faċilità lill-kumpanija biex tippjana aħjar u ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-vapuri l-oħra mingħajr ma jiżdied l-inkonvenjent lil dawk li ta’ kuljum jużaw is-servizz tal-Gozo Channel”, qalet il-Ministru Caruana.

More in Politika