Muscat mhux se jattendi Xarabank fuq deċiżjoni 'strateġika' ... id-dibattitu jitħassar

Sorsi fil-Partit Laburista jgħidu lil dan is-sit illi d-deċiżjoni li Muscat ma jmurx għad-dibattitu ta' Xarabank hija waħda 'strateġika'

Joseph Muscat u Adrian Delia
Joseph Muscat u Adrian Delia

Joseph Muscat mhux se jkun qed jaċċetta li jsir dibattitu bejnu u Adrian Delia fuq il-programm Xarabank ta' nhar il-Ġimgħa li ġej, l-aħħar programm qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li ser issir nhar il-25 ta' Mejju li ġej. 

Sorsi mill-Partit Laburista qalu lil dan is-sit illi l-partit ħa deċiżjoni ta' strateġija illi Muscat imur biss fuq żewġ programmi jiffaċċja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia; fuq Xtra u fuq id-dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir li jkun imxandar fl-aħħar ġurnata tal-kampanja elettorali. 

Mistoqsi minn dan is-sit, il-producer ta' We Media, Mark Laurence Attard ikkonferma li l-Partit Laburista għarraf verbalment li mhux se jkun qed jattendi għal dibattitu bejn iż-żewġ mexxejja politiċi wara stedina li ntbagħtet f'Settembru li għadda. 

Kien Delia, f'diskors f'Ħaż Żabbar ilbieraħ, li sfida lil Joseph Muscat biex imur fuq Xarabank u jiddiskuti miegħu, "ħa nuru min għandu qalbu mal-ħaddiem."

More in Politika