L-Air Malta tagħmilha faċli għal dawk li dejjem xtaqu jaraw l-Eġittu u t-teżori tiegħu

Minn Settembru li ġej, l-Air Malta se tibda topera sevizz ta’ darbtejn fil-ġimgħa lejn il-belt kapitali tal-Eġittu, il-Kajr

Minn Settembru, il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta, se tkun qed topera sevizz ta’ darbtejn fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa lejn il-belt kapitali tal-Eġittu, il-Kajr

Fi stqarrija, il-linja tal-ajru spjegat li dan is-servizz se jibqa’ għaddej matul ix-xitwa kollha.

“Din ir-rotta, li qed tiġi introdotta wara nuqqas ta’ 12-il sena, se tkompli ssaħħaħ il-preżenza tagħna fl-Afrika ta’ Fuq wara l-introduzzjoni mill-ġdid b’suċċess ta’ servizzi simili lejn Tuneż u l-Marokk,” qal iċ-Chairman talAir Malta Charles Mangion. “Qed naħdmu ħafna biex niżguraw suċċess simili u għażilna l-ħinijiet tat-titjira biex noffru konnettività tajba bejn il-Kajr u l-ibliet ewlenin tal-Ewropa minn Malta.”

L-iskeda ta’ titjiriet se taħdem hekk:

  • It-Tnejn u l-Ġimgħa:
    • KM 710 - Tluq Malta 23:40. Wasla Il-Kajr 02:15
    • KM 711 Tluq il-Kajr 03:15. Wasla Malta 06:20

Il-klijenti jistgħu jibbukkjaw it-titjiriet minn fuq www.airmalta.com bi prezzijiet one-way li jibdew minn €71 eslużi t-taxxi u tariffi oħra.

Wieħed jista’ jċempel ukoll liċ-Ċentru Telefoniku tal-Air Malta fuq21662211 jew jirrikorri l-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew mill-Aġenti tal-Ivvjaġġar f’Malta u fl-Eġittu.

More in Politika