Filmat | It-tieni ġurnata ta' Michela f'Tel Aviv ... l-ewwel prova tinfluwenza l-odds

Jidher li l-ewwel prova ta' Michela niżlet tajjeb ħafna ma' dawk magħrufa bħala l-bookmakers

Michela waqt l-ewwel prova tal-kanzunetta Chameleon
Michela waqt l-ewwel prova tal-kanzunetta Chameleon

Ilbieraħ kienet ġurnata mimlija attivitajiet għal Michela Pace, il-kantanta li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest.

Michela kellha l-ewwel prova tal-kanzunetta tagħha Chameleon, fuq l-istess palk li fuqu se tkun qed tieħu sehem fit-tieni semi-finali tas-16 ta' Mejju.

Il-kummenti wara l-ewwel prova kienu mħallta, iżda jidher li niżlet tajjeb ħafna mal-bookmakers, b'Malta bħalissa tinsab fis-seba' post, li l-ewwel u qabel kollox jawgura tajjeb biex Malta tikkwalifika għall-finali tat-18 ta' Mejju.

 

More in Politika