Plejer tal-Hibs jallega li offrewlu ħafna flus biex ma jilgħabx fid-decider tas-Sibt li għadda

Taylon Marcolino, plejer tal-Hibernians jallega illi ftit qabel il-logħba tas-Sibt xi ħadd offrielu l-flus biex ma jilgħabx

Taylon Marcolino
Taylon Marcolino

Taylon Marcolino, il-plejer ta’ Hibernians allega li kien offrut somma flus sabiex ma jilgħabx fid-decider tas-Sibt li għadda bejn Hibernians u Valletta.

F’kitba fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, l-attakant ta’ Hibernians spjega li ċ-ċelebrazzjoni tiegħu wara li fetaħ l-iskor s-sibt li għadda ma kienetx indirizzata lejn il-partitarji Beltin iżda kienet forma ta’ risposta lejn dawk li ppruvaw jbagħbsu l-logħba.

Marcolino qal li ġurnata biss qabel il-partita, persuna ġiet id-dar tiegħu u offrietlu s-somma flus biex ma jilgħabx kontra l-Belt. Huwa qal li qatt ma kien se jasal biex ibiegħ lilu innifsu għal flus għaliex l-imħabba tiegħu lejn il-logħba hi wisq akbar.

Is-sibt li għadda  l-Belt rebħu l-25 kampjonat fl-istorja tagħhom wara l-partita missielta marret għal ogħti tal-penalties.

More in Politika