Malta titlef ftit postijiet imma xorta tibqa' mal-pajjiżi bl-inqas qgħad fl-UE

B'3.5% biss, f'Marzu Malta kienet is-sitt pajjiż bl-inqas rata ta' qgħad fl-UE kollha

Malta tilfet ftit postijiet fil-lista tal-qgħad fl-Unjoni Ewropea (UE) biex issa hija is-sitt l-inqas pajjiż b'persuni bla xogħol, b'rata ta' 3.5%. Dan il-persentaġġ fil-fatt huwa 4.2% inqas mill-medja fl-Unjoni Ewropea li tlaħħaq is-7.7%. Dawn iċ-ċifri jkopru Marzu li għadda

Qabel Malta hemm ir-Repubblika Ċeka, l-Ġermanja, l-Olanda, l-Ungerija u l-Polonja. B'rati ta' qgħad li jaqbżu dawk ta' Malta bi ftit hemm ir-Rumanija , ir-Renju Unit u l-Islovenja. 

 

More in Politika