Approvata pompa tal-petrol oħra f'Burmarrad, erba' pompi f'tliet minuti sewqan

Sebgħa kontra erbgħa għar-raba' pompa tal-petrol fid-distanza bejn Burmarrad u l-Imwieżeb, f'San Pawl il-Baħar

L-Awtorità tal-Ippjanar għadha kif approvat il-bini ta' pompa tal-petrol oħra f'Burmarrad ftit ġimgħat biss wara li pompa tal-petrol oħra (metri biss 'l bogħod) li għadha kemm kienet approvata f'Burmarrad ukoll fetħet. 

Għalkemm din il-pompa ma kinitx se tkun approvata, illum seba' membri tal-Awtorità tal-Ippjanar ivvutaw favur l-applikazzjoni ta' din il-pompa tal-petrol li se tinbena fil-bidu ta' dan ir-raħal ċkejken.   

Ivvutaw kontra, r-Rappreżentanta tal-Partit Nazzjonalista Marthese Portelli, ir-rappreżentanta tal-NGOs Annick Bonello u ċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ambent u Riżorsi Victor axiaqm seba' ivvutaw.

Rappreżentanti ta' BirdLife u anke ta' Graffitti, saħqu li popma tal-petrol oħra għadha kemm ġiet approvata f'Burmarraf.

Il-membru tal-Bord Annick Bonelli fakkar li l-abbozz tal-politika l-ġdida dwar il-pompi tal-petrol, ma jippermettix bini ta' pompi f'distanza inqas minn 1,500 metru 'l bogħod minn oħra.

Saħaq illi li kieku din il-politika kienet approvata, din il-pompa ma kinitx tkun approvata.

Il-perit tal-proġett insista li l-pompa tal-petrol li kellha pompa waħda kienet proposta biex tiġi rilokata lura għall-1949 waqt li insista li s-sidien xtaqu li jinvestu f'pompa aktar moderna li tnaqqas ukoll l-inkonvenjent fuq ir-residenti.

Fil-fatt, ippreżenta petizzjoni ffirmata minn 200 resident li ffirmaw dikjarazzjoni, mogħtija lilhom mill-iżviluppatur u li permezz tagħha qablu li l-pompa tkun rilokata.

More in Politika