Godfrey Farrugia se joħroġ għall-elezzjoni ta' Mejju f'isem il-PD

Farrugia se jkun kandidat f'isem il-PD għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ...

Godfrey Farrugia
Godfrey Farrugia

Godfrey Farrugia tefa' ismu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir f'Mejju.

Dan jagħmel lil Farrugia r-raba' kandidat tal-PD għal din l-elezzjoni. Fl-ewwel messaġġ huwa sostna li l-PD huwa għodda f'idejn il-votant li ma jixtieqx jagħżel lill-Partit Nazzjonalista jew lill-Partit Laburista. 

Farrugia huwa eks Ministru tas-Saħħa Laburista u rriżenja mill-Partit Laburista ftit biss qabel tħabbret il-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali tal-2017. 

 

More in Politika