'Se tarawni nikkampanja biex Joseph Muscat jibqa' Prim Ministru'

Il-Ministru għat-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li ġej ...

Il-Ministru Konrad Mizzi, intervistat mill-gazzetta ILLUM | Ritratt: James Bianchi
Il-Ministru Konrad Mizzi, intervistat mill-gazzetta ILLUM | Ritratt: James Bianchi

Meta kien qed jirrispondi mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi sostna li hu se jkun qed jikkampanja b'mod attiv biex Joseph Muscat jibqa' Prim Ministru ta' Malta. 

Mizzi kien qed iwieġeb lill-gazzetta ILLUM, li staqsiet x'kienet ir-raġuni għall-interess li kien irrappurtat li wera' fit-tmexxija tal-Partit Laburista. 

"Jiena se naħdem fuq kampanja biex inżommu lil Muscat u dik hija il-priorità tiegħi," qal Mizzi li nsista illi hemm momentum qawwi għal din il-kampanja hekk kif il-fiduċja f'Muscat hija f'livell għoli ħafna. 

"Din il-fiduċja nistgħu nbiddluha f'ħeġġa għal aktar tibdiliet, biex inkomplu fuq it-tibdiliet li diġa wettaqna" sostna Mizzi mal-ILLUM

Hu temm jitlob lill-midja biex tagħti spazju għal din il-kampanja sabiex Muscat jibqa' PM. 

L-intervista mal-Ministru Konrad Mizzi se tkun ippublikata nhar il-Ħadd li ġej fuq il-gazzetta ILLUM

More in Politika