Qtil Birżebbuġa | Dak li nafu sa issa dwar dan il-każ...

Il-Pulizija kellmet lill-vittmi u qed teżamina filmati minn kameras tas-sigurtà

Ilbieraħ ħafna qamu maħsuda bl-aħbar ta’ sparatura f’Ħal Far li ħalliet immigrant mejjet u żewġ persuni oħra feruti serjament iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Dan is-sit ġabar fil-qosor l-informazzjoni li sa issa hija magħrufa dwar dan il-każ:

  • L-isparatura seħħet minn vettura ta’ lewn abjad li kienet qed tinstaq fi Triq il-Ġebel li tagħti għall-Birżebbuġa
  • Il-vittma huwa immigrant ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju.
  • Iż-żewġ persuni feruti serjament huma t-tnejn mill-Ghana
  • Il-Pulizija kellmet lill-vittmi u qed teżamina filmati minn kameras tas-sigurtà
  • Kien wieħed mill-vittmi li ċempel lill-Pulizija

Il-Pulizija għadha qed tfittex il-persuna/persuni li kien jew kienu l-moħħ wara din l-isparatura li seħħet is-Sibt fil-11pm.

More in Politika