'Muscat huwa dittatur' - Caruana Galizia lil ġurnalisti mid-dinja kollha

F'Peruġja, l-Italja waqt il-festival tal-Ġurnaliżmu Internazzjonali, iben Daphne Caruana Galizia jiftħilha kontra Joseph Muscat

Matthew Caruana Galizia, waqt l-intervent fil-Festival tal-Ġurnaliżmu Internazzjonali
Matthew Caruana Galizia, waqt l-intervent fil-Festival tal-Ġurnaliżmu Internazzjonali

Matthew Caruana Galizia ma tantx qagħad jomgħodha quddiem ġurnalisti minn madwar id-dinja kollha, waqt il-Festival tal-Ġurnaliżmu f'Peruġja, l-Italja. 

F'diskors li għamel ftit tal-ħin ilu, Caruana Galizia qal li l-Prim Ministru ta' Malta jmur "il-workshops biex ikun dittatur". Iben il-ġurnalista maqtula, f'karozza bomba nhar is-16 ta' Ottubru 2017, sostna illi Muscat jitħarreġ biex jikser il-liġi u qal li  l-Gvern prova jitfa' l-mewt ta' ommi fuq "kriminalità trivjali bħat traffikar taż-żejt. Meta fil-verità nafu li dan ġara għax kienet qed tinvestiga każijiet kbar ħafna." 

"Il-Gvern juża l-problema tal-immigrazzjoni biex ibiddel id-diskussjoni nazzjonali minn fuq il-qtil ta' ommi qal," Caruana Galizia. Skont Caruana Galizia din hi mossa sinonima ma reġim totalitarju. "Problema bħal l-immigrazzjoni li m'għandiex effett dirett fuq is-sistema politika tingħata importanza bil-għan li l-pajjiż jiffoka fuq dawn il-kwistjonijiet u problemi żgħar."

More in Politika