Raġel akkużat li kien ilu diversi snin isawwat u jistupra mara

Huwa nżamm arrestat minkejja li qed iwieġeb mhux ħati

Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li refa’ jdejh fuq mara u anke stupraha fuq perjodu ta’ diversi snin.

L-akkużat, Sirjan residenti Bormla kien akkużat bi stupru, li insulta, li hedded u li attakka lill-mara fost akkużi oħra li kiser sentenza sospiża u li sar reċidiv.

Huwa wieġeb mhux ħati.

L-Avukat tad-Difiża, Joe Brincat, saħaq li l-mara, għal dawn l-aħħar erba’ snin, kienet iċċempel regolarment lir-raġel u tistiednu biex imur għandha. Il-Prosekuzzjoni ċaħdet dan.

Minħabba n-natura tar-reati u anke għax l-allegata vittma għadha ma telgħetx tixhed, il-Maġistrat Gabriella Vella ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

More in Politika