Ħaddiem jindarab gravi wara li waqa' f'sit ta' kostruzzjoni

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Illum, għall-ħabta tat-08:15 a.m il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien għadu kemm weġġa’ ħaddiem ġewwa Triq Depiro, f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 32 residenti l-Gżira waqa’ minn xi għoli f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Farruġia li min naħa tagħha ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fll-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika