Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Raġel ta' 45 sena l-Qorti wara sejba ta' 80 gramma kokaina u 15-il kilo kannabis

Dalgħodu se jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit 

Albert Gauci Cunningham / 16 ta' Marzu 2019 10:26
Parti mis-sejba tal-Pulizija
Iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ kontra l-Vizzju tad-Droga rriżultat fl-arrest ta’ raġel ta’ 45 sena mill-Belt Valletta, imma residenti Ħaż-Żebbuġ Malta, fejn fil-vettura li kien qed isuq instabu ftit inqas minn 15-il kilo tal-pjanta tal-kannabis, kollha jew parti minnha, lesta għall-bejgħ.

Tfittxijiet ulterjuri li saru fir-residenza tal-istess individwu ġewwa Ħaż-Żebbuġ irriżultaw fis-sejba ta’ iktar droga, fosthom 300 gramma ta' raża tal-kannabis, 80 gramma kokaina u aktar kannabis.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ħatretatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali . 

Dalgħodu dsn ir-raġel se jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. C. Stafrace Żammit LL.D, b’akkużi relatati ma’ pussess ta’ droga aggravat 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook