Malta se tagħlaq l-ispazju tal-ajru għall-ajruplani tat-tip Boeing 737 MAX

B'effett mil-lejla pajjiżna se jagħlaq l-ispazju tal-ajru għal Boeing 737 MAX wara l-inċident fl-Etjopja

Ix-xena fejn instab l-ajruplan fl-Etjopja
Ix-xena fejn instab l-ajruplan fl-Etjopja

Malta wkoll ilejla se twaqqaf l-operazzjonijiet mat-tip ta' ajurplan B737 MAX u allura mhux se tħalli arjuplani ta' dan it-tip jidħlu pajjiżna hekk kif qed jagħmlu kumpaniji differenti tal-ajru bħalissa madwar l-Ewropa. Malta se tagħmel dan b'effett mit-8:00 p.m, ħabbar id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta' Malta. 

Dan hekk kif inċident b'dan it-tip ta' ajruplan ħalla bosta persuni mejtin. Fl-Etjopja il-Boeing 737 MAX 8 "sparixxa" mir-radars sitt minuti biss wara li kien telaq minn Addis Ababa, l-Kapitali tal-pajjiż. Dan l-arjuplan kien qed iġorr 149 passiġġier u tmien membri tal-ekwipaġġ li lkoll tilfu ħajjithom.

Dan huwa l-istess mudell bħal dak l-ajruplan li f'Ottubru tas-sena l-oħra spiċċa fuq il-kosta Indoneżjana, bil-mewt tal-189 persuna kollha li kienu abbord. 

Ir-raġunijiet għall-inċident fl-Etjopja għadhom mhux magħrufin, għalkemm il-kap Eżekuttiv ta' Boeing Dennis Muilenberg qal li l-kumpanija "se titgħallem minn dan l-inċident u ttejjeb s-sigurta."

L-ajruplan tat-tip Boeing 737 MAX
L-ajruplan tat-tip Boeing 737 MAX

More in Politika