Il-PL jgħid li ma ta permess lil ħadd biex jagħmel 'sticker album' ta' Joseph Muscat

'La l-Prim Ministru u lanqas il-Partit Laburista ma taw permess għal dan il-prodott'

B'referenza għall-avviż li deher fuq facebook, jirreklama l-bejgħ ta' sticker album ġdid iddedikat lill-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Partit Laburista ħareġ stqarrija li fiha saħaq li, "la l-Prim Ministru u lanqas il-Partit Laburista ma taw permess għal dan il-prodott u m’ għandhomx x’ jaqsmu miegħu."

Skont ir-reklam li deher fuq il-paġna, 'Joseph Muscat - Storja ta' Suċċess', "dan l-album ser ikun fih 'il fuq minn 300 sticker kbar tal-Prim Ministru f'diversi stadji tal-ħajja politika tiegħu. Ser ikun hemm ħafna ritratti tal-Prim Ministru waqt mass meetings, fl-eqqel tal-kampanji elettorali u fost in-nies."

Skont l-istess reklam, "l-album ser ikun jiswa €12.99 u pakkett stickers ser ikun jiswa €1.50 u jkun fih 5 stickers kbar (9cm x 10cm)."

More in Politika