Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Il-prezz tal-ikel jibqa' jogħla u jogħla skont ċifri tal-NSO

Apparti l-ikel, anke l-'housing' kompla jesperjenza żieda fil-prezz fl-aħħar sena ....

Albert Gauci Cunningham / 27 ta' Frar 2019 11:20
Ċifri li għadhom kif ħarġu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru illi matul ix-xhur li għaddew il-prezz tal-ikel baqa' jogħla u jogħla bil-konsegwenza li huwa l-akbar fattur fl-inflazzjoni globali li jesperjenza pajjżina. 

L-NSO juri kif il-indiċi tal-ikel, li għal fini ta' din l-istatistika tinkludi wkoll prezzijiet fir-restoranti u takeaways, żdied minn 101.60 f'Jannar tas-sena l-oħra sa 106.18 f'Jannar ta' din is-sena. 

Il-prezz tal-ikel fil-fatt jibqa' l-akbar kontributur għall-inflazzjoni f'pajjiżna. 

Żieda oħra kostanti kienet fil-qasam tal-akkomodazzjoni (housing).

L-akbar tliet fatturi li qed iwasslu għall-għoli tal-ħajja allura huma l-ikel, it-trasport u komunikazzjoni kif ukoll l-housing. 

 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook