Il-problema fil-kirjiet hija tort il-mudell ekonomiku tal-Gvern - PN

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li jeħtieġ pjan fit-tul għall-akkomodazzjoni soċjali biex jiġi żgurat li jkun hawn biżżejjed proprjetà u postijiet għall-kiri bi prezzijiet affordabbli

Min la jiflaħ jixtri u lanqas jikri, qed jistenna l-wens li għadu ma wasalx
Min la jiflaħ jixtri u lanqas jikri, qed jistenna l-wens li għadu ma wasalx

"Pajjiżna bħalissa qed jara theddida soċjali qawwija għall-Maltin li jiddependu fuq il-kiri biex ikollhom saqaf fuq rashom hekk kif il-prezzijiet żdiedu ferm. Hawn familji li qed jaffaċċjaw żiediet fil-kera minn €500 għal €5,000 fis-sena. Iż-żgħażagħ li jridu jibnu familja qed jaraw għafsa qawwija u piż biex jixtru l-ewwel propjetà tagħhom." Hekk sostna l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wara li l-Kamra tal-Kummerċ innutat in-nuqqas ta' sostenibbilità fis-suq tal-kera. 

"Dan huwa r-riżultat tal-mudell ekonomiku tal-Gvern li jkabbar il-popolazzjoni bla pjan u issa ħoloq kriżi għax naqas milli jinvesti f'housing soċjali," qal il-PN li kompla jgħid li minflok il-Gvern Laburista qakkomodazzjoni soċjali l-Gvern ried jaghti art pubblika f'żona strateġika "bix-xejn" lill-privat. 

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li jeħtieġ pjan fit-tul għall-akkomodazzjoni soċjali biex jiġi żgurat li jkun hawn biżżejjed proprjetà u postijiet għall-kiri bi prezzijiet affordabbli.

"Il-Kap tal-Partit Nazjonalista Adrian Delia issa ilu xhur jitkellem u jenfasizza fuq il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni b'konsultazzjoni ma' l-istakeholders kollha. Dan għaliex din is-sitwazzjoni tal-kirjiet qed tolqot eluf ta' familji u ħaddiema, speċjalment lil dawk bi dħul baxx," temm jgħid il-PN. 

More in Politika