Residenti f'Birżebbuġa jingħaqdu kontra żewġt irġiel li allegatament serqu 24 appartament

Persuni oħra li kkumentaw taħt ir-ritratti tal-irġiel saħansitra qalu li l-istess żewġ irġiel serqu wkoll mill-Qawra

Ir-residenti ta’ Birżebuġġa ngħaqdu u qed ixerrdu ritratti ta’ żewġ persuni li allegatament qed jisirqu minn diversi djar.

Fuq Facebook, residenta partikolari saħansitra allegat li dawn iż-żewġ persuni serqu minn tal-inqas 24 appartament.

Persuni oħra li kkumentaw saħansitra qalu li l-istess żewġ irġiel serqu wkoll mill-Qawra.

Intant, din il-gazzetta bagħtet tistaqsi lill-Pulizija dwar jekk għandhiex rapporti dwar dawn il-persuni.

Sa issa għad ma għandna l-ebda tweġiba.

More in Politika