Spezzjonijiet fit-toroq u fuq il-bus stops...155 immigrant jintbagħtu lura pajjiżhom

Is-sena li għaddiet biss instabu 109 persuni li kienu f'Malta b'mod illegali

Il-gazzetta ILLUM tista’ tiżvela illi matul l-2017 u l-2018, minn spezzjonijiet li saru mill-Pulizija, 155 immigrant inqabdu bla dokumenti u ntbagħtu lura pajjiżhom.

Kelliema għall-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali qalet ma’ din il-gazzetta illi n-nazzjonalitajiet tal-persuni li nqabdu bla dokumenti jvarjaw, tant li hemm 38 nazzjonalità differenti. Qalet ukoll iżda li hemm predominanza ta’ immigranti mis-Serbja.

Ir-rondi qed isiru b’diversi modi, ħafna drabi minn pulizija pajżana fuq bus stops, fit-toroq u anke fuq tal-linja. Il-Pulizija jmorru fuq persuni li jidhru barranin, jieħdu d-dettalji tal-persuna u jekk ikun hemm bżonn jieħdu azzjoni.

Fl-2017 waqt ir-rondi nstabu 46 persuna li rriżultaw li kienu Malta b’mod irregolari filwaqt li fl-2018 instabu 109 persuni.

More in Politika