Il-maltempata tingħata naqra kulur politiku ... mina, nies bla dar u tibdil fil-klima

Joseph Muscat, Adrian Delia u Martin Cauchi Inglott ilkoll taw laqta politika għall-maltempata li għaddejja bħalissa ...

Min jgħid għax il-mina u min jgħid għax nies bla saqaf...
Min jgħid għax il-mina u min jgħid għax nies bla saqaf...

F'dan il-pajjiż mhux darba jew tnejn li ngħidu 'kollox politika'. U llum fil-fatt kien każ klassiku ta' kemm f'dan il-pajjiż veru 'kollox politika', anke maltempata!

Fil-fatt il-PM, il-Kap tal-Oppożizzjoni u anke l-PD ħarġu stqarrijiet jew tkellmu dwar it-tempesta li għadha għaddejja sa issa u lkoll taw dik in-naqra togħma politika, l-aktar li se tinżel tajjeb mal-udjenza li qed jipprovaw jimpressjonaw! 

Il-PM Joseph Muscat sostna illi l-maltempata tal-lum turi kemm hemm bżonn li ssir il-mina bejn Malta u Għawdex. Issa ħallieha li maltempata bħal din rari sseħħ, imma bħalissa d-daqqa hija tal-mina u allura kienet tixbiha konvenjenti u xi ftit veritiera wkoll. 

Il-Kap tal-Oppożiżżjoni sostna li din il-maltempata tfakkru f'dawk li m'għandhomx saqaf fuq rashom. Issa ħallieha li s'issa ma smajniex b'każ wieħed ta' persuna li qegħda barra, bla saqaf fuq rasha fix-xita u r-riħ. Imma naturalment dak li qal Delia jmur tajjeb mad-diskors soċjali li tuża kważi kull Oppożizzjoni. 

Il-Partit Demokratiku ħareġ stqarrija dwar it-tibdil fil-klima u kif din il-maltempata għandha tħassibna dwar kif u jekk qed nieħdu ħsieb l-ambjent. Dan id-dibattitu dejjem iqum meta jseħħu fenomeni metereoloġiċi estremi. Tajjeb infakkru li din ix-Xitwa tiġi wara tnejn li kienu pjuttost xotti u mhux daqstant kesħin.  

More in Politika