Jinżamm arrestat wara li allegatament weġġa' b'mod gravi lil martu fil-bandli

Il-mara għadha l-isptar wara li sofriet ġrieħi gravi f’għajnejha 

Raġel ta’ 65 sena minn Haż Żabbar baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li hedded, attakka u weġġa’ b’mod gravi lil martu.

L-inċident seħħ ilbieraħ fil-bandli tar-Raħal Ġdid.

Hu mifhum li l-mara għadha l-isptar wara li sofriet ġrieħi gravi f’għajnejha, allegatament ikkawżatmid-daqqa tar-raġel.

Il-qorti ordnat projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-akkużat u tal-vittma filwaqt li ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-mara.

More in Politika