Imut l-eks Prim Imħallef Giuseppe Mifsud Bonnici

Magħruf bħala “Ġoġo,” Mifsud Bonnici twieled Bormla u huwa ħu l-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici

L-eks Prim Imħallef Giuseppe Mifsud Bonnici miet matul il-lejl li għadda. Huwa kellu 88 sena.

Magħruf bħala “Ġoġo,” Mifsud Bonnici twieled Bormla u huwa ħu l-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici, it-tnejn li huma ulied l-eks Ministru Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici magħruf bħala “l-Gross.”

Giuseppe Mifsud Bonnici għex il-biċċa l-kbira ta’ ħajtu l-Belt Valletta, kien miżżewweġ lil Maria u flimkien kellhom lil Josette, Maricarm u  Anna

Huwa kien maħtuf imħallef fl-1988 u aktar tard Prim Imħallef fl-1990. Bejn l-1992 u l-1998, serva wkoll bħala Imħallef tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Mifsud Bonnici kien ukoll il-president tal-Kamra tal-Avukati bejn l-1978 u l-1983 u anke President tal-Każin Malti għal kważi 15-il sena.

Kien ukoll nominat bħala Kummissjoni għal-Liġi fl-1992 u ċerpersin tal-Kummissjoni għall-Etika tal-istampa fl-2001 u fl-2009.

Apparti minn dan kollu, kien dilettant ħanfna taċ-chess u kien saħansitra rebaħ il-kampjonat Malti tal-1955.

Fuq Twitter, il-Partit Nazzjonalista ddeskriva lil Mifsud Bonnici bħala bniedem ta' integrità kbira u għalliem tas-saltna tad-dritt.

Intant, fi stqarrija, il-Partit Laburista sellem il-memorja ta' Mifsud Bonnici li ddeskrivih bħala persuna li ta kontribut kbir lill-pajjiż f’oqsma diversi, fosthom tal-liġi u tal-isport.

More in Politika