'Gvern preċedenti kien kontinwament jaħbi l-irregolaritajiet, dan il-Gvern dejjem ħa azzjoni'

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jistaqsi kif  Jason Azzopardi ħa 10 snin sabiex għamel dan ir-rapport pubbliku

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri
Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri

F'konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri u l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Josef Caruana qalu li, "Jason Azzopardi ilbieraħ kixef fil-Parlament kif l-Gvern Nazzjonalista ta’ qabel l-2013 kien qed jaħbi t-taħwid u investigazzjonijiet importanti li kienu qed isiru fid-dipartiment tas-sajd."

Is-Segretarju Parlamentari Camilleri staqsa kif id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħa 10 snin sabiex għamel dan ir-rapport pubbliku kif ukoll anke għall-fatt li l-persuna konċernata ġiet sospiża mid-Dipartiment tas-Sajd u ġiet trasferita f’awtorità oħra li taqa’ taħt ir-responsabbiltà’ tal-istess Azzopardi.

Camilleri saħaq ukoll li, "l-Gvern preċedenti kien jaħbi kontinwament, dan il-Gvern b’li konna nafu bl-irregolaritajiet, dejjem ħa azzjoni immedjata. Din hija d-differenza ewlenija bejn Gvern Laburista u dak Nazzjonalista," saħaq Camilleri.

Il-kandidat Josef Caruana qal li d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi awtomatikament ħoloq żball politiku kbir li bih kixef skandlu akbar minn hekk ukoll kemm għalih personali kif ukoll għall- aħħar Gvern Nazzjonalista, li hu kien jagħmel parti minnu.

More in Politika