Jitħabbru aktar rotot għal trasport pubbliku matul il-lejl

Bidliet u rotot ġodda jitħabbru mill-Malta Public Transport ... 

Aktar trasport pubbliku matul il-lejl
Aktar trasport pubbliku matul il-lejl

Malta Public Transport introduċiet erba’ rotot ġodda biex tipprovdi servizz bejn aktar destinazzjonijiet matul il-lejl. Ir-rotot eżistenti ġew ukoll riveduti sabiex joffru aktar konvenjenza lill-passiġġieri. 
Is-servizz aġġornat beda fi Frar 2019 u l-vjaġġi ġodda qed iservu aħjar iż-żoni tan-nofsinhar u ċ-ċentru ta’ Malta, filwaqt li rotot oħra se jiġu assorbiti minn sistema aktar effiċjenti. 

Is-servizz ġdid fir-Rotot ta’ Billejl se jkun hekk: 


N11 rat żieda fil-frekwenza għal kull 30 minuta u topera minn San Ġiljan saċ-Ċirkewwa il-Ġimgħa u s-Sibt billejl; • N13 ser tkompli topera mill-Belt għal San Ġiljan kull lejl; • N40 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sal-Mosta, u tgħaddi minn San Ġwann u n-Naxxar il-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta; • N50 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sar-Rabat, u tgħaddi minn Birkirkara u Ħ’Attard il-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta; • N71 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sal-Imqabba, u tgħaddi minn Ħal Luqa, ż-Żurrieq, u l-Qrendi il-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta; • N91 ser tkompli topera minn San Ġiljan sa Marsaskala (ċirkolari) il-Ġimgħa u s-Sibt billejl; • N209 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sa Ħaż-Żebbuġ, u tgħaddi mill-Ħamrun, Ħal Qormi, u s-Siġġiewi l-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta; u  • N212 hija rotta ġdida li ser topera kull lejl minn Tas-Sliema għal Buġibba kull 30 minuta. 

More in Politika