Il-BOV staġnat wara attentat ta' hacking

Il-Bank of Valletta jisħaq li, 'l-bank qed jaħdem bla heda biex isolvi l-problema'

Fi stqarrija l-Bank of Valletta avża lill-klijenti tiegħu u l-pubbliku ġenerali li l-operazzjonijiet kollha tal-Bank huma sospiża b'mod temporanju wara attakk ċibernatiku fuq is-sistema tal-Bank.

Dan ifisser li l-fergħat kollha tal-bank mhux qed jiffunzjonaw, l-ATMs huma mitfija u l-ħlas fil-ħwienet ma jistax isir bil-cards.

"Il-bank jixtieq jiżgura lill-klijenti tiegħu li l-kontijiet u l-fondi tagħhom bl-ebda mod ma ġew affettwati jew kompromessi u li l-bank qed jaħdem bla heda biex isolvi l-problema," tkompli l-istqarrija, bil-Bank jisħaq li qed jaħdem mill-qrib mal-awtoritajiet.

Fi tmiem tal-istqarrija, l-Bank qal li jixtieq jiskuża ruħu għal kwalunkwe inkonvenjenza kkawżata u li se jżomm lill-klijenti tiegħu infurmati bl-iżviluppi.

More in Politika