Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta 20 proposta dwar il-kanċer

Il-PN qed jipproponi, fost oħrajn, li jkun hemm screening għal popolazzjoni kollha għall-kanċer tal-prostata

Fil-Jum Dinji kontra l-Kanċer, il-Partit Nazzjonalista ressaq proposti biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra din il-marda. 

Filwaqt li fakkar illi f'pajjiżna hawn 2,000 każ u 900 mewt kull sena,, l-PN ħabbar 20 proposta dwar il-kanċer. 

Il-PN qed jipproponi li jkun hemm screening għal popolazzjoni kollha għall-kanċer tal-prostata. Jipproponi wkoll li jkun hemm taqsima speċjalizzat għall-kura tal-kanċer tas-sider tal-ogħla kwalità li jkun speċjalizzat biex joffri kura u servizzi relatati lill-pazjenti li jkunu milquta mill-kanċer tas-sider. #

"Bħalissa f'Malta dawk li jinstabilhom il-kanċer tas-sider ilaħħqu mat-350 pazjent fis sena. Fil-preżent bosta servizzi huma provduti b'mod li mhux ħolistiku. Din it-taqsima għandha fost l-oħrajn tirrifletti l-linji gwida mħejjija mill-European Society of Breast Cancer Specialists (EUSOMA)," fakkar il-PN 

Il-PN qal ukoll li ġħadu jkun hemm investiment akbar fir-riċerka, "għaliex pajjiżna jinsab it-tielet mill-aħħar f'dan is-settur u jerġgħu joħorġu l-post-doc grants biex tkun faċilitata r-riċerka fil-qasam tal-kanċer fl-Università ta' Malta. Ir-riċerka hi ċ-ċavetta biex negħlbu l-kanċer u pajjiżna għandu jagħti sehmu ukoll."

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri qal li jeħtieġ li nżidu screenings oħrajn li jsiru għal tipi differenti ta' kanċer, li sfortunatament jinsabu fuq quddiemnett fil-lista tal-kanċer, li qed jolqtu lill-popolazzjoni. Huwa qal li għandhom jiżdiedu l-iscreenings li jsiru b'sistema ta' population based, biex jiġi faċilitat li l-kanċer jinstab fl-aktar stadju bikri, b'mod partikolari għall-kanċer tal-għonq tal-utru.  Spiteri qal li hawn bżonn aktar appoġġ psikoloġiku speċjalizzat għat-tfal li jkollhom il-kanċer, il-ġenituri tagħhom u lis-staff. Hawn bżonn ukoll sapport għat-tfal. li xi ħadd mill-ġenituri tagħhom ikun qed jesperjenza l-kanċer, u għandu jiġi studjat kif dan is-servizz ta' assistenza psikoloġika lit-tfal jingħata wkoll f'Għawdex.

L-MEP Francis Zammit Dimech qal li diġà ħa bosta inizjattivi f'dan il-qasam fosthom biex tkun riveduta direttiva sabiex jkun regolat il-livell permissibbli ta' sustanzi li jikkawżaw il-kanċer fuq il-postijiet tax-xogħol u biex il-Pjattaforma Nazzjonali tal-Kanċer tissieħeb mal-Association of European Cancer Leagues Association sabiex dawn jaqsmu fl-imkien prattiċi tajbin u jkomplu joffru servizzi tal-aqwa kwalità lill-Maltin u l-Għawdxin. Huwa qal li stieden bosta għaqdiet Maltin għal laqgħat fi Brussell biex dawn jieħdu sehem attiv fit-tfassil tal-politika Ewropea dwar il-kanċer, u fl-aħħar jiem ġie varat manifest li jinkludi wkoll ideat tal-għaqdiet Maltin.

L-eks Deputat tal-PN Michael Asciak qal li l-Partit Nazzjonalista irid li jkun hemm aktar fondi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll nazzjonali li jiġu allokati f'attivitajiet u f'kampanji long-term li jqajmu kuxjenza, u li jgħinu fil-prevenzjoni fil-komunitajiet. Dan biex titqajjem  kuxjenza akbar, u promozzjoni għall-benesseri fil-komunitajiet.

Il-Konferenza tal-Aħbarijiet illi fiha tħabbru l-proposti tal-PN
Il-Konferenza tal-Aħbarijiet illi fiha tħabbru l-proposti tal-PN

More in Politika